It-33 Ħadd matul is-sena B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-33 Ħadd matul is-sena B

IL-POTENZJAL TAL-IMĦABBA VERA
Hi u tinqara din il-paġna mill-Vanġelu ta’ San Mark, darba minnhom tfajla qaltli: «Imma Ġesù hawn qiegħed ixandar tmiem id-dinja?» Il-biża’ tal-kriżi u tat-tmiem ta’ xi ħaġa dejjem iħawduna. Naħseb li aktar milli nidħlu fi kriżi, Ġesù jrid jgħinna ngħixu tajjeb il-kriżijiet! Kliemu fuq it-taqlib tal-ħolqien ma jridx iqajjem it-twerwir, iżda jkattar it-tama! Ġesù ma jipprofetizzax tmiem id-dinja bid-data ta’ meta dan għad iseħħ, iżda t-tifsira tad-dinja. Quddiem dinja dgħajfa, fir-realtà ta’ storja li bosta drabi turi l-oqsma drammatiċi tal-mixja tagħha, aħna msejħin inħossu l-qlib mix-xitwa għar-rebbiegħa. Hemm ħwejjeġ li bilfors iridu jintemmu biex iħallu oħrajn jikbru u m’aħniex mitluba nikkonċentraw fuq dak li jgħaddi, iżda fuq il-ġdid li jseħħ u jitlob l-enerġiji tagħna biex jinbena. B’dan quddiem għajnejna, id-dgħufija tal-bniedem hu dak il-potenzjal li jarana lkoll magħqudin fl-imħabba, f’dik l-għajnuna ta’ xulxin li ġġegħelna nibnu rabtiet awtentiċi u tħallina nagħrfu fihom il-preżenza ta’ Alla li taħdem għal ħwejjeġ ġodda!
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content