It-33 Ħadd matul is-sena Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-33 Ħadd matul is-sena Ċ
ĠEBEL ĦAJ TAL-QLUB
 
Fil-qedem, dak l-idolu li t-tempju tiegħu kien jinqered kien jidher dgħajjef. Iżda Alla l-ħaj ma qagħadx għal dit-theddida. Meta l-poplu kien qiegħed jitbiegħed minnu, kien hu nnifsu li ħalla t-tempju tiegħu jinqered. B’dan ried juri li r-rabta miegħu ma kinitx mibnija fuq tempji tal-ġebel, iżda fuq il-ġebel ħaj tal-qlub. Jekk il-qlub jittradixxu, il-ġebel ma jibqa’ jservi għal xejn. Il-Vanġelu tal-lum hu attwali ħafna minħabba l-biża’ li jqanqal, iżda hu wisq aktar attwali minħabba l-istedina għall-essenzjal u mhux għal dak li jidher minn barra, għat-tempju tal-qlub mhux għax dak tal-ġebel. Il-Missier ifittex, illum bħall-bieraħ, lil min iqimu fl-ispirtu u l-verità, dawk li jidħlu fil-maqdes tax-«shabat» tiegħu, tal-mistrieħ f’Alla u tal-qdusija fi Kristu, dak il-maqdes li ma jinqeridx u li dwaru A. J. Heschel kiteb: «Is-Sibtijiet huma l-katidrali l-kbar tagħna; u l-Qaddis tal-Qaddisin tagħna huwa maqdes li la r-Rumani u lanqas il-Ġermaniżi ma seħħilhom jaħarqu.»
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content