It-32 Ħadd matul is-sena B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-32 Ħadd matul is-sena B

ĠESÙ LI JOSSERVA

Ġesù huwa osservatur attent. Il-Vanġelu tal-lum jixhed dan. «Kien qiegħed biswit it-teżor, iħares u jara xi flus jitfgħu n-nies fit-teżor.» Hu ma jiqafx fuq dak li jidher u ma jiġġudikax b’mod sommarju. Jaf jara l-vojt wara l-parata mqaddsa tal-kittieba u jaf jara l-kobor tad-don wara l-għotja ċkejkna tal-armla. Lid-dixxipli, infatti, għarrafhom bir-riżultat ta’ dak li ra: «Tassew ngħidilkom, li din l-armla fqira tefgħet aktar minn dawk kollha li tefgħu fit-teżor.» Tikber spiritwalment ifisser tiftakar f’din il-ħarsa, tagħmel minnha l-kejl tal-għemejjel tiegħek. Din it-tagħlima tgħallmuha l-qaddisin. F’ċertu sens, il-qdusija tikkonsisti fiż-żamma tal-ħarsa ta’ Alla, iżżommha f’qalbek fit-tifsira doppja tal-kelma: l-ewwel nett, tagħraf li aħna oġġett tal-ħarsa attenta u paterna ta’ Alla; it-tieni, tgħix dejjem taħt il-ħarsa ta’ Alla, filwaqt li ma tkun trid qatt tnikkitlu għajnejh. Niftakru – flimkien ma’ San Franġisk ta’ Assisi – li «kull wieħed hu dak li hu f’għajnejn Alla, u xejn aktar!», iżda anki xejn anqas.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content