It-32 Ħadd matul is-sena B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-32 Ħadd matul is-sena B

L-GĦOTJA TA' MĦABBA
Illum niltaqgħu mal-wiċċ ta’ armla fqira. Ġesù, bilqiegħda quddiem it-teżor, kien qed jara «kif» il-miġemgħa u l-armla fqira kienu qed jixħtu l-muniti. Il-«miżien» ta’ Alla ma jqisx il-kwantità, iżda l-kwalità ta’ ġest! Naħseb li Ġesù ma ntrebaħx biss mill-fatt li l-armla xeħtet dak kollu li kellha jekk inqisu biss mil-lat ekonomiku, iżda li ntlaqat b’dal-ġest li baqa’ fid-dell u għab wara l-kolonnat tat-tempju. Kulħadd xeħet miż-żejjed jiddandan fid-dieher, iżda din il-mara daħlet fis-sħuħija tad-don li ma jitqiesx bl-għadd ta’ muniti. L-armla tat dak kollu li kellha, ħajjitha kollha, lilha nfisha. L-għotja ta’ din il-mara hi akbar mill-ħila tagħha li taqsam mhux biss dak li għandha, iżda li taqsam fuq kollox il-persuna tagħha, is-disponibbiltà tagħha, it-tjieba tagħha, iż-żegħil tagħha, il-qalb tagħha ma’ Alla u mal-oħrajn. Infatti dawk li jżommu d-dinja wieqfa huma sewwasew dawk li, għad li ma għandhom xejn, għandhom ħila jaqsmu dak kollu li huma! Fidila fil-ftit, l-armla għandha ħila tagħmel ġesti awtentiċi li jwasslu l-ħajja fit-toroq tad-dinja.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content