It-30 Ħadd matul is-sena B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-30 Ħadd matul is-sena B

IL-WIĊĊ ĦELU TA' ĠESÙ
Bartimew hu tallab agħma bilqiegħda fl-art. Dar-raġel ma jarax aktar l-għamliet u l-ilwien, id-dawl tax-xemx, ma jseħħlux jitħarrek waħdu. Ħajtu tinsab wieqfa, iżda t-tama titqawwa hekk kif kien għaddej Ġesù. Bartimew għajjat. Il-miġemgħa riedet issikket lil dan ir-raġel għax jista’ jkun li kienet bla tama, ma temminx tabilħaqq li l-mogħdija ta’ Ġesù tista’ tbiddel kollox. Iżda Bartimew jgħajjat għax għandu t-tama. Ħafna drabi aħna wkoll, bħall-miġemgħa, ma jkollniex ħila nemmnu li għal Alla kollox hu possibbli u l-għajta ta’ min hu dgħajjef ħafna drabi «tiddisturba» l-«kwiet» tagħna sewwasew għaliex fir-realtà turina biss il-wiċċ l-ieħor tal-ħajja. Dik l-għajta terġa’ twassalna fil-qalba tal-Kelma. Il-fejqan ta’ bniedem infatti jibda meta jħossu maħbub u msejjaħ b’ismu. Hija sejħa li terġa’ tagħti l-qawwa lil dak li jkun li jqum fuq saqajh, li jitlaq kull sikurezza u twasslu biex imur jiltaqa’ ma’ min isejjaħlu anki bla ma jara, immexxi biss minn dik il-kelma li reġgħet libbsitu d-dinjità u l-imħabba. Ġesù juri l-wiċċ ħelu tal-Missier, juri l-kumpassjoni u Bartimew f’din il-laqgħa jara li l-fidi f’Alla jerġa’ jtellaq il-ħajja minn fejn waqfet.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content