It-3 Ħadd tar-Randan B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-3 Ħadd tar-Randan B
ĠESÙ JGĦID LI HU T-TEMPJU TA’ ALLA

«“Warrbu dawn minn hawn, u dar Missieri tagħmluhiex dar tan-negozju!” Id-dixxipli tiegħu ftakru f’dak li kien hemm miktub fl-Iskrittura: “Il-ħeġġa għal darek fnietni.”» L-Imħabba ma tistax tibqa’ bierda. Kif tista’ tara l-mewt liebsa l-ħajja u t-tjieba u tagħmel ta’ birruħek li m’int tara xejn? B’liema setgħa jagħmel dan? Hija s-setgħa tal-Għarus-Messija li jaqleb l-imwejjed tal-medjokrità u tal-kummerċ sagru li jidħlu bejnu u bejn għarustu. Jaqleb l-imwejjed tad-diżordni biex jerġa’ jġib l-ordni veru, dak tal-primat tal-Maħbub. Joħloq taħwida tajba hemm fejn kien qed isir abbuż bl-Aktar Għoli. Quddiem dan il-Vanġelu, li fih Ġesù jgħid li hu t-tempju veru ta’ Alla, niftakru li aħna wkoll aħna t-tempju ta’ Alla u li l-Ispirtu ta’ Alla jgħammar fina. Nitolbok, Mulej, f’dan it-tempju li hu kollu tiegħek, kun għajjur, kun mimli bil-ħeġġa, aqleb bil-Passjoni tiegħek kull proġett kajman u msejken tiegħi li jidħol bejni u bejnek u jwaqqaf ir-rivoluzzjoni tal-Qawmien li inti ġejt biex tqabbad.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content