It-3 Ħadd tal-Għid - Sena A
ĠESÙ FIĊ-ĊENTRU
«Daħal biex joqgħod magħhom.» Fil-waqtiet ta’ telfien u ta’ ħruġ ’il barra mit-triq, l-aħjar ħaġa li tagħmel hi li tieqaf, tidħol fik innifsek biex tagħmel sejba kbira: Ġesù jinsab hemm, fiċ-ċentru. Qalbna taljenana, iżda hu le, hu jgħammar hemm. U hemm, f’dik l-għaqda sigrieta, aħna msejħin biex niftakru fl-għajxien tagħna miegħu... Dan narawh f’dal-Vangelu: iż-żewġ dixxipli ta’ Għemmaws, infatti, isibu s-sens kollu meta jaqraw il-preżent fid-dawl tal-passat, mhux passat hu liema hu, iżda dak il-passat li ħallielhom sinjal, biddilhom: il-qsim tal-ħobż, il-mogħdija ta’ Ġesù bi mħabbtu fuq il-mejda tiegħu. Fil-każ tagħhom, ma kienx passat imbiegħed. Kienu bilkemm għaddew erbat ijiem. Aħna msejħin biex nidħlu f’qalbna ma’ Ġesù, biex niftakru fil-ġrajja waħdanija tiegħu ta’ salvazzjoni magħna. Biex inħallu lil Ġesù jfisser, mhux biss l-Iskrittura, iżda ħajjietna nfushom. Ejjew nidħlu ġewwa u nħallu lil Ġesù jkellimna u jkebbsilna qalbna bin-nar tal-imħabba.