It-3 Ħadd tal-Avvent B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-3 Ħadd tal-Avvent - Sena B
ĠWANNI L-LEĦEN
Nistgħu nħejju ruħna għall-Milied minkejja t-tbatija l-kbira li għaddejjin minnha. Iżda hemm kundizzjoni sempliċi. Biex inkunu nistgħu nilqgħu lil Alla li sa jitwieled, irridu nimxu lejn l-awtentiċità.

Ġwanni kellu żjara mill-mibgħutin tas-Sanhedrin li bdew jistaqsu lil xulxin, huma, li f’idejhom kellhom is-setgħa, dwar dan il-persunaġġ stramb li ma jibżax lanqas quddiem l-awtoritajiet reliġjużi, li ma jgħid xejn dwar is-sehem li ġie jaqdi, li jibqa’ għaddej dritt fi triqtu mħarbta. «Min int?» staqsewh. Ġwanni hu ċar: hu mhuwiex Kristu. Dan seta’ jaħsbu: l-oħrajn dan ħasbuh fuqu. Seta’ jipprofitta ruħu, iċedi għall-aktar tentazzjoni viljakka, dik li biha kien jieħu jithenna għal ftit bis-setgħa fuq kollox. Le, jgħid Ġwanni, hu ma jridx jilgħabha ta’ Alla. «Mela min int?» Mela min aħna? Il-loġika tad-dinja tgħid: inti dak li tipproduċi, inti dak li tidher, inti dak li taqla’, inti dak li tmexxi, inti dak li tiswa, inti dak li tgħajjat. Ġwanni jaf li mhux hekk, li din il-loġika hija qarrieqa u giddieba, li qatt m’aħna dak li għandna jew li nagħmlu. Le, huwa leħen. Leħen, leħen misluf lil Kelma, leħen li jsemma’ idea mhux tiegħu, leħen li jidwi intwizzjoni li hu wkoll għandu d-dejn magħha. Ftit, hux veru? Jew kollox? Aħna dejjem nistħajluna kbar, li nagħmlu (jew niktbu) ħwejjeġ li jibqgħu msemmijin, li jidħlu fl-istorja jew, għall-anqas, fl-istorja ċkejkna tan-nies li nħobbu. Alla jurina x’aħna fil-qiegħ ta’ qalbna. Ħabib qarrej, int x’int? Min tgħid li int?
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content