It-3 Ħadd matul is-sena A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-3 Ħadd matul is-sena A
IS-SALTNA TAS-SMEWWIET WASLET
 
F’din is-silta San Mattew ifissrilna kif kien il-bidu tal-ministeru ta’ Ġesù fil-Galilija. Ġwanni kien fil-ħabs. Dan ifisser li l-missjoni tiegħu kienet waslet fi tmiemha. Għalhekk, minnufih wara l-prekursur, ħareġ Ġesù nnifsu biex jibda l-missjoni tiegħu. Mattew jikkwota lil Isaija biex juri li Ġesù huwa dawl jiddi fid-dlam: “Il-poplu li kien qiegħed fid-dlam ra dawl kbir!” U Ġesù beda jxandar il-Bxara t-Tajba: “Indmu għax is-Saltna tas-Smewwiet waslet.” Fi kliem ieħor, Ġesù beda l-predikazzjoni tiegħu billi ppreżenta ruħu lin-nies bħala s-“Saltna tas-Smewwiet”. Il-kontenut hu l-istess bħal dak ta’ Ġwanni. Kien hemm il-ħtieġa li l-bnedmin ibiddlu r-rotta ta’ ħajjithom, jindmu minn dnubiethom, biex jilqgħu lill-Messija. Beda żmien ġdid, iż-żmien tal-Messija, li ġie biex jgħallem lill-bnedmin iħarsu u jgħixu l-ispirtu tal-liġi. Biex jagħmel dan beda jagħżel it-tnax. Hawn għandna s-sejħa tal-ewwel erbgħa li minn sajjieda tal-ħut l-Imgħallem għamilhom “sajjieda tal-bnedmin”, filwaqt li hu baqa’ jdur il-Galilija, “ixandar l-Evanġelju tas-Saltna u jfejjaq kull xorta ta’ mard u dgħufija fost il-poplu.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content