It-3 Ħadd matul is-sena A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-3 Ħadd matul is-sena - Sena A
IS-SALTNA TAS-SMEWWIET FIL-QRIB
Skont ir-rakkont ta’ San Mattew, is-sejħa tal-Appostli ma saritx f’waqt “tajjeb”. Ġwanni kien għadu kif ittieħed arrestat, u billi l-missjoni ta’ dik il-figura kariżmatika kellha l-importanza tagħha, aktarx li l-predikaturi itineranti bdew jibżgħu. Ġesù ma tax kas. Hu ta bidu lill-missjoni u sejjaħ lill-Appostli. Mhux biss, il-bidu tal-predikazzjoni tiegħu ma kienx wieħed artab jew li jiġbed lin-nies. Mill-ewwel beda jsejjaħ għall-indiema: «Indmu, għax is-Saltna tas-Smewwiet fil-qrib.» Ġesù jimxi fuq iż-żminijiet tal-Missier, mhux fuq dawk tal-art. Dejjem ikun hemm xkilijiet u raġunijiet tajbin biex ma nibdewx ngħixu s-sejħa tagħna. Iżda fejn tidħol il-ħajja ta’ dejjem ma għandux jiddeċiedi ż-żmien, lanqas it-temp, iżda s-smigħ attent u l-għażla taż-żminijiet ta’ Alla. Il-biża’ jista’ jheżżiżna, iżda ejjew niftakru fl-aktar fatt importanti: is-Saltna tas-Smewwiet fil-qrib, Alla nnifsu jinsab fil-qrib.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content