It-2 Ħadd tar-Randan - Sena Ċ
IL-ĠMIEL TA’ ALLA: VERITÀ, ĠID U TJIEBA
L-għan tar-Randan mhuwiex dak li nillustraw ix-xbieha spiritwali sabiħa tagħna, iżda li nitilgħu fuq it-Tabor. Neħtieġu d-dehra tal-ġmiel ta’ Alla biex ngħixu.
Għandna ħtieġa urġenti ta’ ġmiel, tal-ġmiel ta’ Alla li hu verità u ġid u tjieba. Luqa għandu xi sfumaturi li l-oħrajn ma jġibuhomx. Jgħidilna li Ġesù kien qiegħed jitlob, huwa u jinbidel, qisu biex juri li biss f’mixja profonda u ġewwiena nistgħu nikxfu l-ġmiel li aħna ta’ Alla. Ikellimna fuq il-wiċċ mibdul tiegħu, li jibdel l-aspett: bħal meta wieħed jibda jinnamra, bħal meta nkunu ferħanin, bħal meta noħorġu minn esperjenza ta’ fidi straordinarja. Ikun jidher jekk iltqajniex mal-ġmiel ta’ Alla, ma neħtiġux ħafna kliem fit-tul. Ġesù jitkellem ma’ Elija u Mosè, il-Profeti u l-Liġi, biex jagħti milja lir-rivelazzjoni
tiegħu. Iżda Luqa biss isemmielna eżodu tiegħu, it-tluq tiegħu. Sewwasew hawn, fis-sebħ, Ġesù jkollu l-konferma ta’ dan, dewqan minn qabel tan-niket li kien ġej fuqu. Meta nkunu fuq it-Tabor nifhmu li l-ħajja vera hija magħmula wkoll mis-slaleb. Hu biss fil-ġmiel li nistgħu nħabbtu wiċċna mal-uġigħ. Id-dixxipli kienu bingħas hawn bħalma mbagħad kienu fil-Ġetsemani. Biex naraw il-ġmiel ta’ Alla rridu nissieltu ħafna, nitqabdu u nishru.