It-2 Ħadd tar-Randan - Sena Ċ
TARA U TISMA’ L-GLORJA
Il-Vanġelu tat-trasfigurazzjoni tal-Mulej fuq it-Tabor jimxi fuq żewġ binarji sensibbli tal-esperjenza tal-fidi: ir-raj u s-smigħ. Il-Mulej kultant iħallina naraw, immissu b’idejna s-sħuħija tal-wegħda li għamlilna. Huma waqtiet li jaħtfuna u jheżhżuna. Huma waqtiet li rridu ngħożżuhom ħafna biex isiru għalina punti ta’ referenza biex norjentaw ruħna meta l-Mulej naħsbuh moħbi, jew meta l-laqgħa miegħu ssir fis-skiet tal-Ġnien taż-Żebbuġ jew fit-tbatija tal-għolja tal-Golgota. Ir-raj huwa waqt b’tifsira tal-esperjenza tal-fidi, iżda l-biċċa l-kbira tal-esperjenza tal-fidi tiġi f’għala ta’ smigħ attent, ta’ fiduċja li tissogra, ta’ mixi mhux ħafif wara Kristu umli li jinżel mill-għolja tat-trasfigurazzjoni biex itaffi l-ġrieħi tad-dinja bil-ġrieħi tiegħu... Imbagħad iżomm it-Tabor fil-qalb, iżda tiqafx, żarma t-tined, isma’ Leħen il-Missier – «Dan hu Ibni, il-maħtur; isimgħu lilu!» – isma’ ’l Ġesù.