It-2 Ħadd tar-Randan Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-2 Ħadd tar-Randan Ċ
IL-GLORJA TAL-MULEJ
 
Kull sena fit-tieni Ħadd tar-Randan nisimgħu r-rakkont tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej. Dis-sena jmiss irrakkont ta’ Luqa. Biex nifhmu t-tifsira tiegħu u għala dan nisimgħuh fir-Randan, irridu nżommu f’moħħna żewġ rakkonti paralleli miegħu: l-agunija tal-Mulej fil-Ġnien taż-Żebbuġ, u l-magħmudija tiegħu minn Ġwanni fil-Ġordan. Fil-każ tal-Ġetsemani l-persunaġġi huma l-istess: Ġesù flimkien ma’ Pietru, Ġwanni u Ġakbu. Dawn it-tlieta kienu sa jkunu qrib ħafna tal-Imgħallem u kienu sa jarawh mixħut mal-art, fl-agħar waqt tal-agunija prsikoloġika tiegħu, bl-għaraq tad-demm iċarċar ma’ wiċċu u beżgħan mill-mewt. Biex id-dixxipli ma jitfixklux, Ġesù ħa lilhom biss fuq l-għolja u wriehom il-glorja tiegħu ta’ Alla, jiġifieri għaddiehom mill-esperjenza tiegħu bħala Rxoxt qabel iż-żmien. F’dik il-glorja raw lil Mosè u lil Elija (il-Liġi u l-Profeti) “jitħaddtu fuq it-tmiem ta’ ħajtu li kellu jseħħ f’Ġerusalemm.” Fuq dik l-għolja wkoll seħħet l-istess xena li rajna fil-Magħmudija tal-Mulej: it-Trinità twettaq Sena Ċ – It-2 Ħadd tar-Randan il-missjoni ta’ Kristu bħala Messija sofferenti. “Dan hu Ibni l-maħtur, lilu isimgħu!” Issa beda t-Testment il-Ġdid, mela l-Liġi u l-Profeti nisimgħuhom biss sakemm iħabbrulna l-Messija rebbieħ fuq is-salib. Issa li ġie l-Imħabbar nitilqu l-ħabbara u nikkonċentraw biss fuq l-Iben il-Maħtur.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content