It-2 Ħadd tar-Randan Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-2 Ħadd tar-Randan - Sena Ċ
IL-BIEB TAL-QAWMIEN

“Ġesù trasfigurat fuq il-muntanja Tabor, ried juri lid-dixxipli tiegħu l-glorja tiegħu mhux biex jeħles lilhom mis-salib, imma biex jurihom fejn iwassal is-salib. Min imut ma’ Kristu, ma’ Kristu jerġa’ jqum. U s-salib hu l-bieb tal-qawmien. Min jitqabad flimkien miegħu, iqum miegħu. Dan hu l-messaġġ ta’ tama li fih is-salib ta’ Ġesù.”
 
PAPA FRANĠISKU, Angelus, 12 ta'  Marzu 2017

  • Is-slaleb tiegħi nħallihom jidfnuni qabel il-waqt?
  • Naqrahom is-sinjali ta’ kuraġġ li Alla jibgħatli?
 
   
Il-glorja li ddewwaqni, meta nagħmilha miegħek, Mulej,
hija esperjenza li biha - bħalma għamilt mat-tliet appostli - inti trid tqawwili qalbi:
tqawwili qalbi quddiem il-qtigħ il-qalb tiegħi,
quddiem it-tbatijiet tiegħi,
quddiem is-slaleb tiegħi,
quddiem il-kuntrarju li nħabbat wiċċi miegħu.

Tħallinix, Mulej, nieqes minn grazzja bħal din.
U ħa tkun din l-esperjenza tal-glorja tiegħek
punt ta’ referenza għalija fil-ħajja tiegħi,
biex inkun nista’ nkompli miexi
meta nħossni nogħtor
u ma nkunx niflaħ immidd imqar pass ieħor lejk.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content