It-2 Ħadd tal-Ghid sena B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-2 Ħadd tal-Għid sena B

ID-DUBJU
Min jaf x’ħasda ħa l-imsejken Tumas xħin ra ’l Ġesù jippreżenta ruħu u jwieġeb għall-isfida tiegħu. Sewwasew kif kien jiġri lil kull wieħed minna meta sfidajna (jew nisfidaw) lill-Mulej u hu jeħodna bis-serjetà. Dak li jolqotna l-aktar mhuwiex is-sinjal li jikkonfermalna l-eżistenza tiegħu, iżda wisq aktar. Dik li tolqotna hi l-kura li hu jieħu b’mod partikulari. Jiena m’iniex indifferenti għalih... Din hi l-ħaġa tal-ġenn. Dan il-kliem jista’ jidher li hu biss fantasija għal min ma għamilx esperjenza, għall-anqas darba, tal-preżenza tal-Mulej. Għalhekk nazzarda ngħid: aħjar tkun Tumas li sfida lill-Mulej minn xi ħadd li għall-galbu ma jqanqalx l-isferi tas-sema. Dan ma jiċħadx il-beatitudni ta’ min jemmen bla ma jara. Iżda, hemm fejn il-fidi tibda ċċedi, għandna rroddu ħajr lil Tumas għax hu jgħallimna li bejn id-dubju li jisfida u d-dubju li jsir indifferenza, il-Mulej jagħżel lil min jiffittah, lil min irid imissu.



ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content