It-2 Ħadd tal-Għid sena B
L-IMĦABBA BLA TARF TAL-MULEJ
Darba minnhom ħabiba tiegħi dwar it-talb qaltli, wara li rċeviet grazzji kbar għal binha: «Ma tistax titlob biżżejjed lill-Mulej għaliex lanqas taf tagħraf bil-quddiem is-sorpriżi li hu għandu merfugħa għalina.» Id-don tiegħu jmur lil hinn, sewwasew bħal fil-każ ta’ Tumas (u kemm iħobbhom l-isfidi l-Mulej!). Tumas ried imiss biex jemmen – «Jekk ma narax f’idejh il-marka tal-imsiemer u ma nqigħedx sebgħi fuq il-marka tal-imsiemer u idi fuq ġenbu, jien ma nemminx» – iżda ma kienx mistenni Mulej daqshekk li jista’ jintmess. Meta werieh lilu nnifsu, mhux tant quddiem l-għajnejn tal-ġisem daqstant quddiem l-għajnejn tal-qalb, Mulej daqshekk attent u kondixxendenti, tant li mar jittratta d-dubju tiegħu, quddiem l-għatx tiegħu tal-fidi, ma ħassx il-ħtieġa li jmiss għax kien “sorpriż bil-ferħ”, sorpriż mill-Imħabba li taf tmiss l-aktar ħsus moħbija ta’ qalb il-bniedem u jaf isemma’ l-mużika tal-istqarrija sabiħa tiegħu: «Mulej tiegħi u Alla tiegħi.»