It-12-il Ħadd matul is-sena B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-12-il Ħadd matul is-sena B

IS-SALVAZZJONI TAL-MULEJ WARA L-KRIŻIJIET TAGĦNA
Il-maltemp kien qalil u d-dixxipli kienu maħkumin bil-biża’. X’jaqbdu jagħmlu? Ġesù kien rieqed. «Mgħallem, dan qisu mhu xejn għalik li aħna sa nintilfu?» Il-waqtiet ta’ taqlib kbir fil-ħajja jheżhżuna, iżda fl-istess ħin jerġgħu jixegħlu dawk id-dwal li kultant ma nagħtux kashom fl-eżistenza tagħna. Dawk il-waqtiet jerġgħu jdaħħluna fina nfusna u jqabbduna t-triq it-tajba. Il-maltemp iħarrek il-muvimenti kollha tal-moħħ u tal-qalb biex jurina l-qagħda ġewwiena tagħna. U l-Mulej jidħol fuq l-għajn tal-beżgħat li jgħammru fina: «Dal-biża’ kollu għaliex? Mela ma għandkomx fidi?» Il-Mulej jiġi jżurna fil-kriżijiet li qed ngħixu fihom biex iġiblna s-salvazzjoni tiegħu. Hu jiġi biex jeħlisna mit-taħwid u jidħol f’qalbna meta nibqgħu mwaħħlin mal-problema u ma jseħħilniex nidħlu fid-dawl il-ġdid tat-tama, li jdawwalna biex naħsbu f’soluzzjonijiet possibbli. Jekk naffrontaw il-kriżijiet tal-ħajja fit-«tensjoni mqaddsa» bejn memoria crucis e spes resurrectionis, inkunu nistgħu nżommu mixgħula t-tama f’qalbna. Tikteb il-poetessa Emily Dickinson: «It-tama hija ħliqa bir-rix li toqgħod fuq ir-ruħ, tkanta melodiji bla kliem u ma tintemm qatt.»
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content