Is-7 Ħadd tal-Ghid sena B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Is-7 Ħadd tal-Għid sena B

IL-MANDAT
«Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu.» Il-mandat li jixxandar il-Vanġelu tal-imħabba ta’ Alla hu mandat universali għax l-imħabba ta’ Alla hi universali. Jekk nieqfu biex naħsbu sa fejn twassal din l-imħabba, irridu naħsbu li Alla jħobb lil dik il-persuna li tellgħethomli u malajr ħtaftha. Ħobb lil dik il-persuna li fil-knisja dejqet it-talb sieket tiegħek bil-mod tagħha li tlissen id-devozzjonijiet personali tagħha b’mod nervuż. Alla jħobb saħansitra lill-persuna li fiha ma nsibx xi nħobb. Din il-persuna kultant hi jiena nnifsi kif nidher f’għajnejja fil-perfezzjoniżmu tiegħi. Ix-xandir tal-Vanġelu lil kull ħliqa mhuwiex biss xandir trijonfalistiku, iżda hu att kontemplattiv quddiem l-imħabba infinita u misterjuża ta’ Alla. Hu att ta’ fidi fit-tama tal-imħabba ta’ Alla li trid tixtered, issaffi u tferraħ bil-Bxara t-Tajba anki lil min donnu jinsab ’il bogħod minnha. Forsi f’dan is-sens is-sinjali li jsieħbu x-xandir tal-Vanġelu, qabel ma jkunu mirakli tal-għaġeb, jibdew ikunu bidliet u ġrajjiet umli.



ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content