Is-7 Ħadd tal-Għid sena B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Is-7 Ħadd tal-Għid sena B

IL-MISSJONI F’IDEJN L-APPOSTLI

Fil-Vanġelu ta’ San Mark naqraw li l-Mulej Ġesù kien imtella’ fis-sema u qagħad in-naħa tal-lemin ta’ Alla, fil-post tal-akbar ġieħ. Fis-silta nsibu x’ġara fl-aħħar dehra ta’ Ġesù lill-Appostli, li issa huma Ħdax għax Ġuda l-Iskarjota kien nieqes. Ġesù issa jħalli f’idejn l-Appostli l-missjoni li kien beda hu, jiġifieri x-xandir tal-Bxara t-Tajba lill-bnedmin kollha. San Mark jgħid ċar li għalkemm huma ma baqgħux jarawh b’għajnejhom, hu xorta baqa’ magħhom bl-ispirtu: “Il-Mulej kien jaħdem magħhom u jwettaq il-kelma bil-mirakli li kienu jsiru magħha.” Dan ifisser li Kristu u l-Knisja huma ħaġa waħda, u t-tagħlim tal-Knisja huwa l-istess tagħlim ta’ Kristu u mhux xi invenzjoni tal-qassisin, kif jaħsbu xi wħud. Mela min jilqa’ u jgħix it-tagħlim tal-Knisja jkun qed jilqa’ u jgħix it-tagħlim ta’ Kristu.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content