Is-7 Ħadd tal-Għid sena B
IT-TLUGĦ FIS-SEMA HUMA BIDLA FIL-KWALITÀ
Hemm nies li l-preżenza tagħhom biss biżżejjed biex toħroġ minna l-aħjar tagħna. Tista’ tkun xi omm, xi missier, xi għalliem, xi nannu, xi missier jew omm spiritwali. Il-preżenza tagħhom tikber fina meta jibdew ikunu preżenti u influwenti f’ħajjitna anki meta ma jkunux hemm. It-tifkira tagħhom waħedha ssir memorjal l-għajxien tagħna jagħmlu effiċjenti. Ħaġa tixbah lil din nistgħu naħsbuha dwar Tlugħ il-Mulej fis-sema, iżda bi żjieda mhux ta’ min iwarrabha: il-Mulej hu preżenti anki f’dik li tidher assenza tiegħu u l-influwenza tiegħu mhijiex biss dik ta’ mudell tajjeb. Il-preżenza tal-Mulej fina ġġib bidla kbira: «Tagħmlu opri akbar,» qalilna. It-Tlugħ fis-sema huwa bidla fil-kwalità tal-preżenza ta’ Ġesù. Dak li hu «Alla magħna», huwa u tiela’ għand il-Missier, isir preżenza aktar intima għalina minna nfusna. Isir preżenti bħala mgħallem ġewwieni, bħala «Alla fina» għax is-smewwiet mhumiex ’il fuq mis-sħab, iżda fil-qiegħ ta’ qalb il-bniedem. «Jekk tmur f’tarf id-dinja – tfakkarna Madeleine Delbrêl – issib il-ħjiel ta’ Alla; jekk tinżel fil-fond tiegħek, issib lil Alla nnifsu.»