Is-27 Ħadd matul is-sena - Sena A
IL-KUXJENZA DIVINA
Jum minnhom, f’kors tal-Kristoloġija, kont qed infisser lill-istudenti tiegħi li – minkejja l-fatt li Ġesù ma jgħidx dawn il-kelmiet fit-test tal-Vanġeli – «Jiena Alla» – din il-kuxjenza divina tiegħu tidher f’dak kollu li jgħid u jagħmel fil-Vanġelu, anki f’xi wħud mill-parabboli. U din il-parabbola tal-bdiewa qattiela hi waħda minnhom. Ġesù jitkellem dwar il-profeti, iżda meta mbagħad jitkellem fuqu nnifsu jsemmi identità differenti, isemmi l-«iben» u l-«werriet». Id-dielja tal-Mulej hi ħajtek. Il-qaddejja tiegħu huma x-xewqat tajba li jitnisslu f’qalbek. L-Iben hu l-Mulej li jnebbħek, li jfittxek, li lil ħajtek irid jagħtiha s-setgħa li tagħmel il-frott. La toqtlux, titfix l-Ispirtu tiegħu. Jekk toqtlu, fl-aħħar mill-aħħar, tkun qed toqtol lilek innifsek u tinħela. La toqtlux billi tingħalaq. Iftaħ l-eżistenza tiegħek għaż-żjara tiegħu għax inti nħlaqt biex tnissel lil Alla. Ilqa’ lil Kristu biex tinbidel minnu għax dak li seħħ f’ħajjet San Franġisk, «il-Fqajjar ta’ Assisi», li llum taħbat il-festa tiegħu, dik l-għaqda sħiħa ma’ Kristu, hija wkoll is-sejħa tiegħek.