Is-17-il Ħadd matul is-sena B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Is-17-il Ħadd matul is-sena B

ĠESÙ IĦOSS GĦAL KULL WIEĦED MINNA

«Ġesù refa’ għajnejh, lemaħ kotra ta’ nies ġejja lejh, u qal lil Filippu: “Mnejn nixtru l-ħobż biex dawn ikollhom x’jieklu?”» Il-mistoqsija ta’ Ġesù f’dan il-Vanġelu tat-tkattir tal-ħobż u l-ħut turi l-istil ta’ Alla meta jħaddem il-providenza f’din id-dinja. Għad li jista’ joħloq il-ġid mix-xejn – bħalma ħalaq id-dinja mix-xejn – il-Mulej jagħżel li din tasal minn idejna. Ftit jew ħafna, ikun xi jkun, l-importanti hu li l-għotja tkun sħiħa u hienja għax «il-Mulej iħobb lil min jagħti bil-ferħ.» Il-Mulej iżżewweġ in-natura tagħna u issa l-ħwejjeġ straordinarji tiegħu jgħaddu minn idejna… Aħna u nitolbu, ninsabu mistednin naħsbu fil-ġewwieni ta’ din ix-xena. Aħna wkoll għandna ħames ħobżiet tax-xgħir u żewġ ħutiet. Ejjew nagħrfu d-doni tagħna. Il-ħames ħobżiet huma dawk il-ħames karattri l-aktar distintivi tal-personalità tiegħi. Iż-żewġ ħutiet huma ż-żewġ kariżmi spiritwali speċifiċi li juru s-sinjal tal-Mulej fis-sejħa tiegħi. Ħaġa sabiħa nieqfu u nidħlu ’l ġewwa biex nagħrfu dawn id-doni umani u spiritwali.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content