Is-17 Ħadd matul is-sena Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Is-17 Ħadd matul is-sena Ċ

IT-TALB: SMIGĦ U INTERĊESSJONI
 
Bħal Marija ta’ Betanja nistgħu nagħmlu l-esperjenza sabiħa li noqogħdu bilqiegħda biex nisimgħu fis-skiet lill-Imgħallem jitkellem. Il-qalb, imbagħad, issib fiha nfisha dimensjoni ġdida, li ma tkun qatt għarfitha qabel, mixja li tqiegħda f’kuntatt ma’ Alla.

Il-Mulej jistedinna ninsistu bħall-armla tal-parabbola. Ġesù ma jsemmi xejn: jista’ jkun li l-kwistjoni mqajma mill-armla kienet tilwima bejn il-ġirien, u l-imħallef kellu biżżejjed biex iħabbel rasu. B’danakollu fl-aħħar ċeda. Ġesù hu żgur minn dak li jgħid: jekk nitolbu naqilgħu, jekk nafdaw il-Missier jilqagħna bi tħaddina kollha mħabba. Iżda qegħdin induru dejjem lejn Missier? Jien u naqra dil-paġna nitbissem: tlabt ħafna f’ħajti u qatt ma nstmajt. Għaliex? Santu Wistin din il-mistoqsija kien għamilha u wieġeb b’mod tal-għaġeb: ma nstmajtx għax tlabt ħażin, mingħajr l-insistenza tal-ħabib b’wiċċu sfiq, għax dak li tlabt mhuwiex għall-ġid veru tiegħek. (Jien u nħares lura, il-problemi narahom f’dawl għalkollox differenti), għaliex Alla jistenna biex iwieġbek biex ikabbar fik ix-xewqa għat-talba tiegħek. Nikkoreġi ruħi, mela: bit-talba tiegħi qatt ma qlajt dak li tlabt. Imma dejjem dak li xtaqt. It-talb naħsbuh sensiela ta’ formuli b’xewqat sbieħ, iżda t-talb hu magħmul fuq kollox mis-smigħ, is-smigħ ta’ Alla, u mill-interċessjoni, interċessjoni għad-dinja, mhux għall-ħtiġijiet tiegħi.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content