Is-17 Ħadd matul is-sena Ċ
IT-TALB HU HU U JIEN
Dwar xi qaddisin jingħad «ma kinux jitolbu, ħajjithom kienet saret talba.» F’liema sens? Mhux fis-sens li żelqu fit-tentazzjoni sottili u qalu: «It-talb mhux meħtieġ, għax kull ħaġa li nagħmlu hija talba.» Il-qaddisin kienu jafu b’mod profond li l-ġebla tax-xewka tal-eżistenza tagħhom hi r-rabta ma’ Alla. Dan il-Vanġelu jitkellem dwar it-talb f’dan is-sens ta’ rabta: it-talb hu hu u jien, fir-rabta tagħna flimkien ta’ fiduċja profonda. It-talb huwa x-xewqa tagħna għall-ġid li jwassalna lejn Alla biex nistagħġbu li Alla kien hemm qabilna bix-xewqa tiegħu li jagħtina mhux ċekċik, iżda «l-Ogħla Ġid», lilu nnifsu kollu kemm hu. X’inhuma t-tliet ħobżiet jekk mhux simbolu ta’ Alla nnifsu, tat-Trinità tal-imħabba, ir-realtà waħdanija li taqta’ l-ġuħ ta’ ruħ il-bniedem? Dan hu kif Santu Wistin jinterpreta b’mod allegoriku din it-talba tat-tliet ħobżiet… u l-aqwa ħaġa hi li m’aħniex aħna weqfin fil-bieb tal-Maħbub nitolbu, iżda hi t-Trinità li tinsab wara biebna u tħabbat, bix-xewqa li tidħol f’għaqda magħna.