Ir-4 Ħadd tar-Randan B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Ir-4 Ħadd tar-Randan B

ALLA BAGĦAT LIL IBNU FID-DINJA BIEX BIH HIJA SSALVA
 
Il-Lhud kollha, fosthom ukoll Nikodemu, li kien dixxiplu ta’ Ġesù bil-moħbi minħabba l-biża’ ta’ sħabu, kienu jistennew messija qawwi u glorjuż li jagħmel ħaqq mill-għedewwa tal-poplu ta’ Alla b’setgħa tal-għaġeb. Dan kien il-qofol tad-diskors li sar fis-satra tal-lejl bejn Ġesù u Nikodemu. F’dak id-diskors Ġesù wrieh li hu kien messija xorta oħra, u jsemmilu s-salib li bih il-bnedmin kellhom isalvaw: “Kif Mosè refa’ s-serp fid-deżert, hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-Bniedem, biex kull min jemmen fih ikollu l-ħajja ta’ dejjem.” Ġwanni fil-Vanġelu joħloq kuntrast bejn id-dawl u d-dlam. Il-bnedmin ma laqgħux lil Ġesù bħala messija sofferenti li jmut fuq salib għax “ħabbew id-dlam aktar mid-dawl... kull min jagħmel il-ħażen jobgħod id-dawl, u ma jersaqx lejn id-dawl.” Fil-jiem tal-Passjoni ejjew ningħaqdu ma’ Kristu fit-tbatijiet tiegħu biex miegħu, imqajjem mill-mewt, nersqu lejn id-dawl.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content