Ir-4 Ħadd tar-Randan B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Ir-4 Ħadd tar-Randan B

ĠESÙ JINQEDA BIX-XBIEHA TAD-DAWL BIEX JURI L-ĠUDIZZJU


«U l-ġudizzju huwa dan: li d-dawl ġie fid-dinja, imma l-bnedmin ħabbew id-dlam aktar mid-dawl, għax l-għemil tagħhom kien ħażin.» L-analoġija li nqeda biha Ġesù fid-diskors tiegħu ma’ Nikodemu biex jitkellem dwar il-ġudizzju hija skola kbira ta’ libertà u responsabbiltà. Filwaqt li kultant naħsbu li l-ġudizzju ta’ Alla hu ħaġa li tiġi minn barra u tinżel bla mixtieqa fuq l-għażliet tagħna, Ġesù jinqeda bix-xbieha tad-dawl biex juri li l-ġudizzju hu turija tat-tjieba jew tal-frugħa ta’ ħajjitna u ta’ għemilna. Il-ħażen li nagħmlu, l-għeluq għall-Imħabba li nħaddnu b’ras iebsa huma diġà kundanna għax qalbna hi magħmula għalih u fih biss tista’ ssib mistrieħ. Min jingħalaq għall-imħabba jsir infern għalih innifsu. Bir-raġun jikteb Dostoevskij: «Nistaqsi lili nnifsi: x’inhu l-infern? U nwieġeb: in-nuqqas ta’ ħila li nħobb.» Bil-Vanġelu tal-lum ikollna nżidu: hu wkoll in-nuqqas ta’ ħila li nħallu lil min iħobbna b’dik l-imħabba ta’ Alla li «tant ħabb id-dinja li bagħat lil Ibnu l-waħdieni.»
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content