Ir-4 Ħadd tar-Randan B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Ir-4 Ħadd tar-Randan B

L-GĦARFIEN MINN QABEL BIEX KULĦADD ISALVA
«Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu. Min jemmen fih ma jkunx ikkundannat; iżda min ma jemminx huwa ġa kkundannat, għax ma emminx fl-isem tal-Iben il-waħdieni ta’ Alla.» Biex nifhmu t-tifsira ta’ din il-“Kundanna”, jeħtiġilna naqraw l-analoġija effikaċi li jagħtina Ġesù biex nifhmu l-ġudizzju: «U l-ġudizzju huwa dan: li d-dawl ġie fid-dinja, imma l-bnedmin ħabbew id-dlam aktar mid-dawl.» Hawn hu l-muftieħ biex nifhmu kollox. Min jiċħad id-dawl ta’ Alla, ma jkollux sfumaturi ta’ dawl. Jinsab fid-dlam! Min jiċħad l-imħabba ta’ Alla, ma jsibx għamliet oħra ta’ mħabba, isib il-baħħ għaliex, anki jekk f’dil-ħajja għadu mhux muri biċ-ċar, Alla biss huwa dawl, Alla biss huwa mħabba. Min jimxi f’Alla jimxi fid-dawl, min jgħix f’Alla jgħix fl-imħabba. Dal-Vanġelu hu dehra minn qabel ta’ dak li sa jintwera, għarfien minn qabel tal-mistoqsijiet tal-“eżami tal-aħħar”... Għarfien minn qabel mogħti mill-Imgħallem innifsu għax ma jrid iwaħħal lil ħadd, imma jsalva lil kulħadd.

ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content