Ir-4 Ħadd tar-Randan - Sena A
IT-TIBDILA FIL-QALB
«Il-ġirien u dawk li soltu kienu jarawh, għax hu kien tallab, qalu: “Dan mhuwiex dak li kien joqgħod bilqiegħda jittallab?” Xi wħud qalu: “Iva, hu.” Oħrajn qalu: “Le, imma jixbhu.” Iżda hu qalilhom: “Jiena hu.”» Meta l-Mulej ibiddel bniedem, dan tant jinbidel li min ma jkollux fuqu l-ħarsa tal-Mulej ma jagħrfux. Billi ma jseħħlux aktar jagħlqu f’kategoriji maħsuba minn qabel, jibda jlissen sentenzi u ġudizzji dwaru. Wieħed ma jarax biss bl-għajnejn, imma bil-qalb. Għalhekk fil-Vanġelu tal-lum, hemm agħma mfejjaq, imma ħafna għomja għamjin iżżejjed fil-qalb biex jagħrfu lilhom infushom hekk. Jekk il-qalb ma tilqax id-dawl, l-għajnejn jibqgħu mdallmin. Għalhekk, biex tikseb viżjoni spiritwali tad-dinja trid tibdila fil-qalb, għax il-Mulej hu «dawl ħelu» – kif jgħidilna l-qaddis John Henry Newman – u biss il-qalb ħelwa tista’ tiddawwal u tinbidel bih