Ir-4 Ħadd matul is-sena B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Ir-4 Ħadd matul is-sena B
ĠESÙ JGĦALLEM BIS-SETGĦA

Iż-żewġ messaġġi tas-silta jinsabu sewwasew fl-aħħar paragrafu tagħha: “X’tagħlim ġdid mogħti bis-setgħa!” u “Sal-ispirti mniġġsa jikkmanda, u huma joqogħdu għalih!” Is-setgħa ta’ Ġesù tinsab fil-mod ta’ kif kien jgħallem. San Mark joħloq kuntrast bejnu u bejn il-kittieba. Ġesù, mhux bħall-kittieba, dak li jgħallem ikun ġa għexu qabel. Mela tagħlimu kien mibni fuq ix-xhieda ta’ ħajtu, u għalhekk in-nies kienu jfittxuh u jemmnuh. Is-setgħa ta’ Ġesù hawn tidher ukoll fuq is-setgħa tad-dlamijiet. Kien ikeċċi x-xjaten, jiġifieri kien jagħti l-fejqan spiritwali lil kull min kien jersaq lejh. Lix-xitan ma kienx iħallih ixandru bħala l-“Qaddis ta’ Alla”. Dan kien jagħmlu biex ma jallihx ifixklu fi triqtu lejn is-salib. Ġesù kellu jkun Messija sofferenti li jikseb ir-rebħa fuq is-salib qabel ma jsir Messija glorjuż bħal dak tat-Trasfigurazzjoni.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content