Ir-4 Ħadd matul is-sena B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Ir-4 Ħadd matul is-sena B
IS-SETGĦA

«Baqgħu mistagħġbin bit-tagħlim tiegħu: għax hu kien jgħallem bħal wieħed li għandu s-setgħa, mhux bħall-Kittieba.» Mnejn kienet ġejja s-setgħa ta’ Ġesù? Jekk inwieġbu: min-natura divina tiegħu biss, inkunu weġibna biċċa u naqgħu fl-ereżija. Il-fidi vera fi Kristu tagħrfu bħala veru Alla u veru bniedem b’mod inseparabbli. L-umanità tiegħu ma kinitx maskra. Is-setgħa ta’ Ġesù, għalhekk, kienet tal-umanità tiegħu u nagħmlu tajjeb jekk nikkuntemplaw il-mottiv ta’ din is-setgħa biex numanizzaw f’mod divin l-eżistenza tagħna fid-dinja. Waħda mill-kwalitajiet li kienu jsawru s-setgħa ta’ Ġesù żgur li kien il-qbil bejn dak li kien jgħid u dak li jgħix. L-iskiżofrenija spiritwali hi waħda mill-mardiet li jgħattbu l-ħajja ta’ ħafna xhieda li fallew. Ma titwemminx għax ma temminx tabilħaqq. Is-setgħa ta’ Ġesù tagħtina tagħlima kbira: b’dak li taf tgħallem, b’dak li int timmarka u tissiġilla; b’tal-ewwel tifforma l-imħuħ, b’tat-tieni ssir kollaboratur ta’ Alla fil-bidla tal-qlub u ta’ ħajjiet sħaħ.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content