Ir-4 Ħadd matul is-sena B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Ir-4 Ħadd matul is-sena B

IL-ĦAŻEN U L-BILANĊ F'QALBNA
Platun kien iqis id-dnub frott l-injoranza. Fil-fehma tiegħu, il-bniedem jagħżel id-dnub għax ma jafx x’inhu t-tajjeb. Il-Vanġelu tal-lum jurina li nistgħu nagħżlu l-ħażen aħna u nafu li hu ħażen, li nistgħu nagħżlu d-dlam minflok id-dawl. Id-dnub mhuwiex injoranza, huwa għażla. Hu għarfien tat-tajjeb u deċiżjoni favur il-ħażen għax ikun jidher li jaqbel l-aktar. Huwa u jitkellem dwar id-dnub, Ġesù jgħid: «Min jidneb hu lsir tad-dnub.» Dan hu l-paradoss il-kbir tal-ħażen. Naħsbu li nagħmluh liberament, iżda l-ħażen jaħkem il-libertà tagħna u jassarha. Il-ħażen joħloq it-taħwid fil-bilanċ tal-qalb b’tali mod li ma nibqgħux nafu nagħżlu x’inhu l-veru ġid għalina. B’ċertu mod jagħmilna injoranti, filwaqt li jagħtina l-impressjoni li aħna għorrief. Dal-Vanġelu, iżda, jurina kategorija oħra ta’ persuni u mod ieħor kif nidħlu f’rapport ma’ Ġesù. Hija l-kategorija tan-nies sempliċi, umili, tan-nies li jfittxu li jgħixu skont is-sewwa. Dawn in-nies jagħrfu fil-kelma ta’ Ġesù «setgħa», qawwa ġewwiena, saħħa li għandu biss min jitkellem b’dak li jgħix f’moħħu.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content