Immakulata Kunċizzjoni - Jum il-Mulej

Title
Go to content
L-Immakulata Kunċizzjoni
MARIJA LI ŻOMM IL-KELMA
Marija hi dak li aħna qatt ma konna, iżda hi dak li nistgħu nsiru. Biex issaħħaħna f’dil-biċċa xogħol impossibbli hemm il-ħolma ta’ Alla li rana qabel ma ħalaq id-dinja bħala «qaddisa u bla tebgħa quddiemu fl-imħabba.» Il-ħolma ta’ Alla mhijiex fantasija. Il-ħolma ta’ Alla hija r-rivoluzzjoni li hemm moħbija fir-realtà. Hija l-ħolma li ħalqitna mix-xejn, il-ħolma li għamlet mod li Alla jitwieled minn ġuf ta’ verġni u li tagħmel mod li mix-xewk tal-eżistenzi tagħna jinbet ward abjad bil-fwieħa tal-eternità, bħalma kienet Marija. Mela ejjew nagħtuha spazju f’ħajjitna lill-Verġni Marija. Mhux biss bit-talb marjan. Dan ftit wisq. Iżda permezz tal-imitazzjoni tal-eżempju tagħha, li żammet il-Kelma u saret disponibbli, smigħ umli u konkret: «Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skont kelmtek.»
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content