Il-Familja Mqaddsa - Sena Ċ
IL-GRAZZJA TIĠI MIS-SEMA, IŻDA TIKBER FUQ L-ART
Il-grazzja ma teqridx in-natura, iżda aktarx tbiddilha. Prova ta’ dan hi kif il-Verb magħmul bniedem ma għexx l-eżistenza umana tiegħu bil-kumdità, iżda bħala eżistenza umana reali li tikber, imsieħba mal-aħwa, flimkien mal-valutazzjoni ta’ dak li jintemm fid-dawl ta’ dak li ma jintemmx u tal-bniedem fid-dawl ta’ Alla. Il-festa tal-Familja mqaddsa wara l-Milied hija att ta’ realiżmu. Hija l-għarfien li Ġesù hu fih innifsu wkoll bis-saħħa ta’ Marija u Ġużeppi. U hu sabiħ ħafna li l-Knisja daħħlet it-tifkira ta’ San Ġużepp fil-liturġija tal-lum wara żmien twil li hu deher imwarrab. Anki Ġesù kellu l-ħtieġa taż-żewġ figuri ta’ referenza, raġel u mara, ta’ missier u omm, biex ikollu idea tal-wiċċ kumplimentari tal-imħabba li turi l-wiċċ tal-imħabba ta’ Alla li hu Missier li jħobb b’qalb ta’ omm. Aħna u nagħmlu l-festa tal-Familja mqaddsa nifhmu li l-opra ta’ Alla f’ħajjitna għandha għeruq fondi fl-umanità tagħna għax il-Grazzja tiġi mis-Sema, iżda tikber fuq l-art.