Il-5 Ħadd tal-Ghid sena B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Il-5 Ħadd tal-Għid sena B

IX-XORTI TAL-FERGĦA
«Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott jaqtagħha; u kull waħda li tagħmel il-frott jiżborha u jnaddafha, biex tagħmel frott aktar.» Mal-ewwel daqqa ta’ għajn, ix-xorti tal-fergħa li ma tagħmilx frott u ta’ dik li tagħmel tidher l-istess. B’danakollu hemm qtugħ, hemm żabra li mhijiex taċ-ċajt. Iż-żewġ qatgħat huma differenti minn xulxin. Id-differenza tidher mill-għan: waħda, infatti, hija qatgħa għall-mewt; l-oħra għall-ħajja. Min jimxi mal-Mulej ma jkunx meħlus mix-xkilijiet u mis-slaleb tal-ħajja, iżda l-atteġġament tiegħu f’dan, it-traduzzjoni ta’ dawn is-slaleb fil-qagħda ġenerali tal-eżistenza, tagħmel id-differenza. Mhuwiex dak li ġġerragħ li jiswa, iżda kif u għal min tagħmel id-differenza. Għalhekk l-appell fundamentali hu li tibqa’ fih, għax is-sens tal-eżistenza tagħna qiegħed hemm, fl-għamara, fil-għaqda taż-żwieġ, diġà minn din il-ħajja filwaqt li nħarsu lejn l-eternità, fejn hu jkun kollox f’kulħadd.

ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content