Il-34 Ħadd matul is-sena B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
L-34 Ħadd matul is-sena B

KRISTU S-SULTAN TA' DINJA
Is-saltniet tad-dinja jissieltu għas-setgħa u ħafna drabi jimxu bil-vjolenza. Ġesù jiċħad dan it-tip ta’ setgħa, għax fis-saltna tiegħu hemm it-tkattir tal-ħajja fil-ġmiel kollu u l-għamliet kollha tagħha. Is-saltna ta’ Ġesù tirrigwardja dak li jmur lil hinn mill-ħarsa tal-bniedem u dan ma jurix nuqqas ta’ interess fl-istorja umana, iżda l-fehma li tinħoloq storja ġdida u differenti għalkollox li tista’ tilqa’ d-don. Ġesù huwa s-Sultan li ma jkisser lil ħadd biex jidher hu, iżda jxerred demmu għas-salvazzjoni ta’ kulħadd. Ġesù huwa s-Sultan li s-setgħa tiegħu tidher fuq is-salib, fejn id-dirgħajn miftuħa juru setgħa li tidher fid-dgħufija, huwa u jħobb. U din hi s-saltna ta’ Alla, dan hu s-Sultan tas-slaten li jqum mill-mewt. Din is-setgħa hi dak kollu li jagħmel lill-bniedem aktar uman u ħieles tabilħaqq. F’waħda mill-poeżiji tiegħu, ħabib għażiż tiegħi, Padre Reniel Ramírez jikteb: «Id-don tiegħek tant daħal fil-fond li ġab fix-xejn id-dnubiet tiegħi. Issa biss nista’ rrodd ħajr meta naħbat ma’ mħabbtek.» F’dan id-don ta’ mħabba, Marija hi fwieħa ħelwa ta’ Kristu Sultan li sseħibna fil-mixja.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content