Il-31 Ħadd matul is-sena B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Il-31 Ħadd matul is-sena B

L-IMĦABBA LEJN ALA U L-PROXXMU

«Liema wieħed fost il-kmandamenti kollha huwa l-ewwel?». Għal din il-mistoqsija tal-kittieb, Ġesù wieġeb billi ġabar il-Liġi kollha f’żewġ kmandamenti: ħobb lil Alla u ħobb lil għajrek. Hu importanti ninnutaw li ż-żewġ kmandamenti li jikkumplementaw l-imħabba ta’ Alla u l-imħabba tal-proxxmu ma jneħħux il-Liġi, iżda jsebbħuha. Anzi, biex inkunu aktar preċiżi, juru l-ġmiel tagħha li hu diġà preżenti, għalkemm kultant ma jidhirx għax in-norma tostru. Meta nifhmu n-norma u r-regola bħala espressjoni ta’ mħabba, il-ġmiel jibda jidher. Bi kliem aktar sempliċi: jekk trid tara l-ġmiel fi dmirijietek, tgħallem aqrahom bil-lenti tal-imħabba. Trid xi eżempju? Xogħlok jista’ jkun diffiċli, iżda t-taħbit isir ħelu meta taħseb fil-frott tax-xogħol li sa tieħu għal dawk li tħobb. Fl-istudju tista’ tħossok waħdek, iżda dan isir sabiħ jekk taħseb fin-nies li magħhom sa taqsam il-ġid tal-għerf. Ħajtek tista’ tkun iebsa, iżda b’danakollu tkun sabiħa jekk tħares lejha mill-ħarsa ta’ Dak li, qabel amarlek tħobbu, ħabbek hu sal-mewt.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content