Il-15-il Ħadd matul is-sena B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Il-15-il Ħadd matul is-sena B

IX-XANDIR TAL-VANĠELU
Ġesù jsejjaħ u jibgħat l-Appostli tiegħu biex ixandru l-Vanġelu. Kellna okkażjoni biex nifhmu li dan il-mandat jitlob impenn sħiħ, fis-sempliċità mill-aktar vera li biha nħossuna promoturi kreattivi ta’ don. Mela aħna mibgħutin biex inxandru s-salvazzjoni, il-ħelsien, il-ferħ tas-Saltna ta’ Alla. Ġesù jagħti missjoni li tagħmel minn dawk li jirċevuha missirijiet fil-fidi, xhieda veri tal-Vanġelu, eżempji ta’ ħidma u talb, «monumenti» ta’ Vanġelu inkarnat li jseħħilhom jagħtu bl-eżempju «għamla» lis-soċjetà fil-marka tal-imħabba. Naħseb li eżempju ħaj ta’ dak li għidna nsibuh fil-figura ta’ San Benedittu, patrun tal-Ewropa. Il-wirt li ħallielna dal-bniedem ta’ Alla imur wisq lil hinn mill-għadd kbir ta’ monasteri mill-isbaħ imxerrdin mad-dinja kollha, imwaqqfin fuq il-mudell tal-kariżma tiegħu. Pawlu VI, fl-ittra appostolika Pacis nuntius ifakkarna li San Benedittu «għallem lill-umanità l-primat tal-kult divin permezz tal-“opus Dei”, jiġifieri tat-talb liturġiku u ritwali. Kien b’dal-mod li hu saħħaħ dik l-unità spiritwali fl-Ewropa li bis-saħħa tagħha popli mifrudin fuq il-pjan lingwistiku, etniku u kulturali jħossu li huma jibnu l-poplu wieħed ta’ Alla.»
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content