Għid il-Ħamsin B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Għid il-Ħamsin sena B

L-ISPIRTU TA' VERITÀ

«Baqagħli ħafa ħwejjeġ x’ngħidilkom, imma għalissa ma tifilħux għalihom. Meta jiġi hu, l-Ispirtu tal-verità, iwassalkom għall-verità sħiħa.» L-Ispirtu s-Santu huwa d-don li  jgħinna nifhmu d-doni kollha ta’ Alla. F’din il-festa li fiha nfakkru t-temma tal-istennija fit-talb tal-ewwel komunità Nisranija bid-don tal-Ispirtu s-Santu, nieħdu l-istess atteġġament u nbiddlu r-riflessjoni tagħna f’talba: Mexxina, Spirtu tal-verità, għaliex il-verità ta’ Sidna hija x-xenqa l-aktar profonda ta’ qalbna. Ressaqna inti lejh, għax mhux biżżejjed li nkunu nafu l-verità biex inħaddnuha. Anzi, kultant l-għarfien tagħha jsir għalina mottiv ta’ tbatija minħabba n-nuqqas ta’ ħila tagħna li niddawlu bħalu. Il-mixi tagħna fl-istorja jintiled f’toroq li mhumiex ċerti, agħti direzzjoni lil mixi tagħna biex nibqgħu dejjem fuq it-triq ta’ Kristu. Biex inkunu nistgħu ngħidulu ma’ kull taħbita tal-qalb: «Fit-triq tat-tagħlim tiegħu jinsab l-hena tiegħi, aktar milli f’kull għana ieħor.»
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content