Għid il-Ħamsin A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Għid il-Ħamsin A
ĦUDU L-ISPIRTU S-SANTU
 
It-tradizzjoni l-aktar antika tqiegħed l-inżul tal-Isprtu s-Santu fuq l-Appostli dakinhar stess tal-qawmien ta’ Ġesù mill-imwiet. Dak il-Ħadd filgħaxija Ġesù daħal fejn kienu miġburin l-Appostli u wara li tahom il-paċi darbtejn, tahom is-setgħa li jaħfru d-dnubiet billi nefaħ fuqhom l-Ispirtu tiegħu: “Ħudu l-Ispirtu s-Santu.” Dan il-ġest ifakkarna f’dak li ġara fil-ħolqien tal-bniedem. Alla nefaħ fih nifs il-ħajja u l-bniedem sar ħliqa ħajja (ara Ġen 2:7). Hekk ukoll l-Appostli, meta Ġesù nefaħ fuqhom huma saru bnedmin ġodda biex ikompli l-ħidma tiegħu fid-dinja. Aħna wkoll sirna bnedmin ġodda meta fil-magħmudija niżel fuqna l-Ispirtu s-Santu. Ejjew, mela, ngħixu ta’ bnedmin tabilħaqq ġodda!
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content