Għid il-Ħamsin A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Għid il-Ħamsin - Sena A
L-ELEMENTI NATURALI U L-PREŻENZA TA' ALLA

Xi jfisser tħobb fil-konkret? Hawn hu l-Ispirtu ġej biex jgħinna. Ġesù ma jagħtix twavel tal-Liġi ġodda, dan hu li kienet tfakkar il-festa Lhudija ta’ Għid il-Ħamsin, iżda jbiddel il-mod kif wieħed iħares lejha, ibiddlilna qlubna mill-għeruq.

Is-sħab, in-nar, ir-riħ huma elementi li jfissru s-solennità tal-ġrajja u l-preżenza ta’ Alla iżda li jistgħu wkoll ikunu riflessi b’mod spiritwali. L-Ispirtu huwa ragħad u theżżiż tal-art: jħeżżiżna mill-qiegħ, jiżloga ċ-ċertezzi li naħsbu li għandna, jorbotna biex negħlbu l-fehmiet tas-soltu fuq it-twemmin (u fuq il-Kristjaneżmu!). L-Ispirtu huwa sħab: iċ-ċpar iġegħelna nafdaw f’xi ħadd li jmexxina biex ma nitilfux it-triq tas-sewwa. L-Ispirtu huwa nar li jsaħħnilna qlubna u jdawlilna l-mixi tagħna. L-Ispirtu huwa riħ: irridu nkunu aħna li ndawru l-qlugħ biex jiġbru r-riħ tiegħu u naqsmu l-baħar tal-ħajja! L-Ispirtu jsir l-anti-babel: jekk l-arroganza tal-bnedmin ġabet it-taħwid tal-ilsna, u n-nies ma setgħux jiftiehmu, il-preżenza tal-Ispirtu ssemmgħalna lingwaġġ wieħed, leħen wieħed. Ejjew insejħu l-Ispirtu meta fil-familja, fil-parroċċa, fuq ix-xogħol ma niftehmux. Insejħulu meta ma jseħħilniex infissru ruħna. L-Ispirtu jbiddel l-Appostli mbeżżgħin f’evanġelizzaturi mill-aqwa: issa ma għandhomx aktar biża’ u jazzardaw, imorru lil hinn, ixandru bla biża’ twemminhom u t-tama tagħhom. Dan hu Għid il-Ħamsin: il-Knisja timtela bil-ferħ u ssir missjunarja.bu t-tama preżenti. Hawn, f’din il-Knisja dgħajfa, f’dinja dgħajfa, li Alla jibqa’ jħobbha dejjem.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content