Għid il-Ħamsin Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Għid il-Ħamsin Ċ
L-ISPIRTU S-SANTU JGĦALLIMNA KOLLOX
 
Ġesù fl-Aħħar Ikla għamel diskors li jista’ jitqies bħala t-testment spiritwali li ħalla lid-dixxipli tiegħu qabel ma miet. Fih, fost l-oħrajn, huwa jisħaq fuq il-fatt li l-imħabba lejh hija marbuta mal-ħarsien tal-kmandamenti tiegħu. “Jekk tħobbuni, ħarsu l-lmandamenti tiegħi.” Il-ħlas ta’ din l-imħabba huwa d-Difensur, kelma oħra għall-Ispirtu s-Santu, li jagħtihulna bħala rigal il-Missier. Dan id-Difensur huwa l-Ispirtu tal-imħabba ta’ Alla, dik l-imħabba li tgħaqqad lill-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu flimkien u li biha huma Alla Wieħed. Huwa l-Ispirtu ta’ Kristu li jmexxi lill-poplu ta’ Alla f’dik it-Triq li hi Ġesù nnifsu. Huwa l-Ispirtu tal-Verità li jgħallimna kollox u jfakkarna dak kollu li qalilna Ġesù, li hu l-Verità. Huwa l-Ispirtu li jagħti l-Ħajja, dik l-istess ħajja li tana Ġesù bil-mewt tiegħu fuq is-salib. Illum niftħu qlubna għall-imħabba ta’ Alla u nħallu l-Ispirtu jgħaddi biex jimlihomlna bil-preżenza tat-Trinità qaddisa.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content