Għid il-Ħamsin Ċ
L-ISPIRTU HUWA D-DON TAL-MISSIER
«Għidtilkom dan meta għadni magħkom. Imma d-Difensur, l-Ispirtu s-Santu, li l-Missier jibgħat f’ismi, jgħallimkom kollox u jfakkarkom dak kollu li għidtilkom.» L-Ispirtu huwa dak li l-kelma ta’ Alla jagħtiha tifsira għalija u għalik. L-Ispirtu s-Santu jbiddel il-ħajja reliġjuża anonima mimlija bil-preċetti f’ħajja spiritwali personali. Huwa dak li jagħmel mill-ħallieq ġeneriku, il-Mulej tiegħi, il-Maħbub tiegħi. Il-kelma “tiegħi” ma tisħaqx fuq il-possessiv, daqskemm fuq ir-rabta, ir-relazzjoni. L-Ispirtu, infatti, huwa r-rabta bla tmiem u personali li torbot lill-Missier u l-Iben u din l-istess rabta-persuna hija r-rahan tar-relazzjoni tagħna ma’ Alla Wieħed-u-Tlieta. L-Ispirtu s-Santu huwa dak li jwassal l-esperjenza tal-fidi mir-ras sal-qalb u mill-widna sal-idejn. Huwa dak li jlibbes bil-ġisem dak li hu spiritwali hekk kif libbes bil-ġisem il-Verb Etern. U l-Ispirtu huwa d-don li l-Missier ma jċaħħdu lil ħadd. Ejja Spirtu s-Santu.