Ħamis ix-Xirka sena B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Ħamis ix-Xirka sena B

IT-TWAQQIF TAL-EWKARISTIJA
 
San Pawl jirrakkonta fil-qosor dak il-waqt li fih Ġesù, fl-Aħħar Ikla, waqqaf is-saċerdozju u l-Ewkaristija, żewġ sagramenti li ma joqogħdux mingħajr xulxin: jekk ma jkollniex saċerdoti ma jkollniex Ewkaristija, u b’hekk ma jkollniex il-ħajja fina għax ma nkunux nistgħu nieħdu s-sustanza spiritwali mill-Ġisem u d-Demm tal-Mulej. Dan ir-rakkont l-Appostlu jagħtih bħala tagħlim li hu rċevih mingħand il-Mulej. Bih huwa jgħallem lill-Knisja xi tfisser għall-Insara u għall-bnedmin kollha (anki għal dawk li ma jemmnux fih) din it-tifkira tal-Ikla tal-Mulej. Din mhijiex sempliċi tifkira, iżda memorjal ħaj, li fih kull darba jerġa’ jiġġedded b’mod misterjuż is-sagrifiċċju ta’ Kristu “sa ma jiġi”.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content