Ħamis ix-Xirka sena B
ĠESÙ U L-ĦASIL TAR-RIĠLEJN
«Hu, li kien ħabb lil tiegħu li kienu fid-dinja, ħabbhom għall-aħħar. […] ferragħ l-ilma fil-lenbija, u beda jaħsel saqajn id-dixxipli u jixxuttahomlhom bil-fardal li kellu ma’ qaddu.» Naqbad mal-bidu ta’ dan ix-xahar biex insemmi tifkira li qanqlitni minn kwizz teoloġiku li fih, hija u tikkummenta l-Vanġelu tal-ħasil tar-riġlejn, waħda mill-istudenti kitbet hekk: «Hawn Ġesù wieġeb il-mistoqsija tal-ewwel dixxipli li staqsewh: “Mgħallem, fejn toqgħod?” Alla joqgħod f’riġlejn il-bnedmin.» Ma tfixklekx? Mhijiex tal-ġenn imħabbtu? Meta nieħu sehem fir-rit tal-ħasil tar-riġlejn fil-knisja ninnota l-mistħija ta’ min iħalli lil min jaħsillu riġlejh, f’dak il-waqt ta’ kommozzjoni li mhuwiex xenografija, iżda memorjal. U hu sewwasew dan il-memorjal li rridu ngħixu, mhux darba fis-sena biss, nhar Ħamis ix-Xirka, iżda f’kull quddiesa. Alla jinżel u hu l-ogħla quċċata tal-imħabba li turi ruħha, li tingħata, li ssir qaddejja, li ssir ħobż. Ejjew ngħaddu dawn il-jiem – ngħaddu l-ħajja – inqimu din il-Passjoni ta’ Mħabba.