Ħamis ix-Xirka A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Ħamis ix-Xirka A
NAĊĊETTAW IL-MAĦFRA TIEGĦU
Kultant inħossuna mixjin lura fil-ħajja spiritwali. Inħossuna bla ħila u li ma jistħoqqilniex. U billi nħossu li ma jisħoqqilniex, insiru aktar bla ħila. Għax l-effiċjenza tagħna hi marbuta mal-perċezzjoni li jkollna tagħna nfusna. F’kelma waħda, insibu ruħna f’ċirku vizzjuż, f’dagħbien li ma jħalliniex nitħarrku. Hu sewwasew hemm li tilħaqna l-Imħabba bi kważi theddida: «Jekk ma naħsillekx saqajk, ma jkollokx x’taqsam miegħi.» Mhux qed jesaġera l-Mulej? Le, din hi l-ħasda meħtieġa ta’ min ikun maħbub bla merti. Hu sewwasew hemm fejn jinsab ix-xaqq li jħalli d-dawl jidħol. Hu s-sebħ ta’ qawmien ġdid li jilħaqna, mhux b’mod astratt jew anonimu, iżda b’mod personalizzat, f’riġlejna, fil-mogħdijiet tagħna, fit-tislit tagħna, fil-kallijiet tagħna. L-istorja tagħna ma’ Alla hi s-sensiela ma taqta’ xejn tal-qawmien ta’ mħabbitna mogħtija b’xejn li tegħleb il-modi tagħna mibnija fuq il-mertu u s-sens tal-ħtija. Wieħed mill-modi l-aktar intimi li bih inħossu mħabbtu hu l-aċċettazzjoni tal-maħfra tiegħu.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content