Ħadd il-Palm A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Ħadd il-Palm - Sena A
JAQAW JIEN, RABBI?
«Qabeż Ġuda, dak li ttradih, u qallu: “Jaqaw jien, Rabbì?” Wieġbu Ġesù: “Int qiegħed tgħidu.”» Il-mistoqsija ta’ Ġuda taħsdek. Ma tifhimhiex. Għamilha biex jgħaddi ż-żmien b’Ġesù? Jew għamilha b’ċerta sinċerità, għax kien jinsab magħkus bil-ħakma tad-dnub li jiżbilanċa lill-bniedem? Sew jekk għamilha għax hu bniedem falz, u sew għax kellu l-kuxjenza falza, it-tagħlima hi waħda kbira: nistgħu nqiegħdu jdejna fil-platt mal-Mulej, nistgħu nieħdu sehem mill-mejda tiegħu (anki mill-mejda ewkaristika), iżda meta l-falzità hi l-ħobż tagħna ta’ kuljum, id-Dawl isir għalina dlam u l-Verità titgħatta bil-gidba. Nagħmlu sew nidentifikaw ruħna għal waqt wieħed ma’ Ġuda, mhux biex nittradixxu ’l Ġesù, iżda biex niflu t-tradimenti tagħna, l-għeluq tagħna, id-doppjezzi tagħna, għax nafu li min jifga l-Verità, f’ċertu sens, jagħmel patt mal-mewt spiritwali tiegħu; bħal Ġuda, imur jitgħallaq.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content