Ħadd il-Palm Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Ħadd il-Palm - Sena Ċ

HOSANNA MGĦALLEM MAĦBUB

Tibda l-Ġimgħa l-Kbira, l-akbar waħda. Il-ġimgħa miżgħuda bil-għaġeb u bid-demm, bl-imħabba u bit-tqanqil. Tibda l-Ġimgħa Mqaddsa.

Ġesù jidħol Ġerusalemm rebbieħ. Sebħ ċkejken qabel id-diżastru, għarfien dgħajjef qabel id-dillierju. Ġesù jaf, iħoss, jagħraf dak li dalwaqt iseħħ. Il-ġudizzju tal-bniedem mhu sod xejn, il-fidi tiegħu vaga wisq, ir-rieda tiegħu malajr wisq tinbidel. Iżda x’jimporta? Issa n-Nazzarenu jitbissem u jisma’ t-tifħir magħmul lilu u jdur fuq il-Missier. Messija bla setgħa u ħelu, enerġiku u tari, għajjien u deċiż. Ma jidħolx Ġerusalemm riekeb fuq felu abjad, m’għandux suldati maġenbu biex iħarsuh, ebda stendard, ebda stemma ma timxi quddiemu, ebda awtorità ma tilqgħu: jidħol il-belt riekeb fuq ħmar, ifakkar lilna, morda bil-protagoniżmu, li s-setgħa tibqa’ setgħa biss jekk ma titteħidx wisq is-serjetà, li s-sebħ li jagħti l-bnedmin hu bla siwi u jintemm malajr. Li s-setgħa hija qadi, kif fakkarna l-mistħi Benedittu. Hosanna, bin David, hosanna Alla tagħna inkredibbli, sultan tagħna kbir. Hosanna minn uliedek foqra u mqarrqa, miġruħa u tallaba, hosanna sultan tal-foqra, protettur tal-falluti, hosanna! Terfa’ lejn it-tifħir il-Knisja tiegħek, qaddisa u midinba, tagħraf fik l-unika raġuni li għaliha tgħix, l-unika tiftixa, l-unika aħbar, hosanna Mgħallem maħbub.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content