Ħadd il-Palm Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Ħadd il-Palm - Sena Ċ

FUQ FELU

“X’għamla ta’ Sultan hu Ġesù?  Ħarsu lejh: riekeb fuq felu ta’ ħmara, bla ebda armata warajh, bla ma hu mdawwar b’xi eżerċtu bħala simbolu ta’ qawwa. Tilqgħu hemm nies umli, sempliċi, li tilmaħ f’Ġesù xi ħaġa iżjed; għandha dak is-sens tal-fidi, li bih tgħid: ‘Dan hu l-Feddej’. Ġesù ma jidħolx fil-Belt Qaddisa biex jirċievi l-unuri miżmuma għas-slaten ta’ din l-art, għal min għandu s-setgħa f’idejh, għal min jiddomina; jidħol biex jiġi msawwat, imkasbar u mgħajjar ... jidħol biex jitla’ fuq il-Kalvarju mgħobbi b’għuda.”
 
PAPA FRANĠISKU, Omelija, 24 Marzu 2013

 
 
  • Lil Kristu kif nilqgħu fħajti?

  • L-Hosanna tiegħi lilu ġeli nibdilha f’’Sallbu’?
     

Mulej Ġesù,
Inti tidħol Ġerusalemm armat
armat b’ħafna mħabba għall-bnedmin,
l-aktar dawk li ma’ kull nifs li jieħdu jġarrbu l-miżerja umana;
armat b’umiltà li tgħaġġbek -
tagħżel li tidħol fuq felu;
armat b’tama assoluta fil-pjan ta’ Alla Missierek,
tama li ma tnissilx ħlief barka f’min jgħid ‘iva’ għaliha;
armat b’sempliċità kbira,
li tintlaqa’ biss minn min hu sempliċi.
X’ma nagħtukx merħba, Mulej Feddej!
X’ma nifirħux bik!
X’ma ninfexxux ngħajtu ‘Hosanna’!
X’ma nakkumpanjawkx, Mulej!
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content