Ħadd il-Palm Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Ħadd il-Palm - Sena Ċ

L-AKBAR KWALIFIKA TA' ALLA HI LI JSIR PROXXMU
«Ġesù Kristu, li għad li kellu n-natura ta’ Alla, ma qagħadx ifittex tiegħu li hu daqs Alla, iżda xejjen lilu nnifsu billi ħa n-natura ta’ lsir» (Fil 2:6-7a). Hu u jifli din is-silta, Carlo Maria Martini jinnota li l-kelma “għad”, fil-vers ta’ San Pawl ikkwotat hawn, hi żejda u tista’ tfixkel. Ma tirrendix l-idea ta’ dak li jingħad fl-oriġinal bil-Grieg. Il-vers ta’ San Pawl, infatti, ma jridx jgħid li “minkejja” n-natura tiegħu ta’ Alla, Ġesù xejjen lilu nnifsu, iżda “sewwasew” għax hu Alla, Ġesù ċekken lilu nnifsu, laqa’ l-umiljazzjoni u miet għalina. Is-sinjal tal-kobor ta’ Alla ta’ Ġesù Kristu jidher fil-inżul tiegħu lejn il-bniedem. L-akbar kwalifika ta’ Alla hi li jsir proxxmu, isir qarib tagħna. Aħna u nikkontemplaw f’dawn il-jiem il-Vanġelu tal-passjoni, ejjew ma naljenawx ruħna, iżda nsammru l-ħin kollu l-għajnejn fuq Ġesù, fuq is-sentimenti tiegħu, fuq il-ġesti tiegħu. Aħna u nħarsu lejh, intennu f’qalbna f’kull dehra ta’ Kristu: “Dan hu Alla tiegħi.”
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content