Ħadd il-Għid Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Ħadd il-Għid - Sena Ċ

TLITT IQLUB JILGĦU L-QAWMIEN
Tlitt iqlub jingħaqdu biex jilqgħu u jxandru l-Qawmien. Il-qalb tal-għarusa (Marija ta’ Magdala) li ma setgħetx torqod minħabba l-vojt li bdiet tħoss. Mas-sebħ marret lejn il-qabar, meta l-lejl kien għadu ma ntemmx, għax mingħajr il-Maħbub dik tagħha ma kinitx ħajja. Il-Maħbub hu l-ħajja waħdanija tagħha, id-dawl waħdieni tagħha. Iżda hi l-qalb mistika (id-dixxiplu l-maħbub) li taf taqra l-ġrajja minn ġewwa. Il-qalb mistika hi dik li taf tifhem li n-nuqqas li jinħass fil-qalb u n-nuqqas ta’ ġisem il-Maħbub mill-qabar mhuwiex serqa iżda l-wetqa tal-wegħda tal-Qawmien. Hi l-qalb li tasal l-ewwel għax dejjem tinsab hemm, fuq is-sider, fuq qalb il-Maħbub. U t-tielet qalb hi l-qalb il-magħżula, il-qalb “istitwita” (Pietru), qalb li forsi tiġri aktar bil-mod minn dik mistika, iżda meta tasal iġġib magħha l-kelma tal-wetqa awtorevoli, il-kelma li titwieled mid-dixxerniment u mill-għaqda bejn il-qalb u l-moħħ. Hemm tinsab il-kelma li tkellem lill-bniedem sħiħ u tgħid: “Kristu qam. Hu qam tassew. Hallelujah!”
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content